Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Studju ta' evalwazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-proċedura u l-prattiċi f'ter...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Justice and Consumers (JUST)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
02/06/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
01/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
JUST/2014/RCON/PR/CIVI/0082.
Studju ta' evalwazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-proċedura u l-prattiċi f'termini tal-impatt tagħhom fuq il-moviment ħieles tas-sentenzi u fuq l-ekwivalenza u l-effettività tal-protezzjoni proċedurali tal-konsumaturi taħt...
L-istudju għandu żewġ (2) għanijiet separati:(1) li jeżamina l-impatt tal-liġi tal-proċedura nazzjonali fuq il-moviment ħieles tas-sentenzi billi jistabbilixxi jekk u sa liema punt id-diverġenzi eżistenti fir-regoli tal-proċedura nazzjonali jfixklu t-twettiq tal-oġġettiv ta' moviment ħieles tas-sentenzi, b'mod partikulari billi jimmina l-fiduċja reċiproka bejn is-sistemi tal-ġustizzja tal-Istati Membri. L-istudju għandu janalizza dan fil-qafas tal-istrumenti Ewropej tal-ġustizzja ċivili, fil-kuntest ta' aktar iffaċilitar tar-rikonoxximent u l-infurzar u filwaqt li jitqies id-dritt fundamentali ta' aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal smigħ xieraq.Għal dan il-għan, l-istudju għandu janalizza l-għażliet għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bbażata fuq il-valutazzjoni ta' hawn fuq, appoġġjat minn argumenti legali u ekonomiċi, fid-dawl tal-oġġettiv tal-politika li tiżgura l-operazzjoni bla xkiel tal-istrumenti eżistenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali u kull rinfurzar ieħor jew intensifikazzjoni ta' din il-kooperazzjoni fid-dawl tal-ħolqien ta' żona Ewropea ġenwina ta' ġustizzja. L-analiżi u l-konklużjonijiet għandhom jiżnu b'attenzjoni l-vantaġġi u l-iżvantaġġi għal kull soluzzjoni proposta;(2) biex jevalwa jekk u sa liema punt il-liġijiet nazzjonali tal-proċedura u l-prattiċi jiżguraw il-protezzjoni proċedurali tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE u jekk dawn ir-regoli u prattiċi jissodisfawx ir-rekwiżiti li joħorġu mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ('QĠUE') li jikkonċernaw il-prinċipji tal-effettività u l-ekwivalenza u l-obbligu għal valutazzjoni 'ex-officio' tal-konformità mal-liġi tal-konsumatur tal-UE.Għal dan il-għan, meta jitqies il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri l-istudju għandu jinvestiga l-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi, u jiġbor il-provi kollha neċessarji li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni proċedurali li jirregolaw il-kuntratti tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE. L-istudju għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-relazzjoni bejn l-aspetti differenti tal-proċeduri nazzjonali u jevalwahom fl-istadji differenti matul il-proċeduri. F'dan il-kuntest, l-istudju għandu janalizza jekk is-sistemi proċedurali nazzjonali jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza tal-QĠUE. Fl-aħħar, l-istudju għandu jippreżenta l-konkluzjonijiet mill-valutazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi, u jiżviluppa għażliet għat-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE li jirregolaw il-kuntratti. L-analiżi u l-konklużjonijiet għandhom jiżnu b'attenzjoni l-vantaġġi u l-iżvantaġġi għal kull soluzzjoni proposta.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Kuntratt pubbliku
Ma jgħoddx
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Sabiex jagħtu prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tagħhom, dawk li jitfgħu l-offerti (i.e. fil-każ ta' offerta konġunta, il-ħila flimkien tal-membri kollha tal-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati) għandhom juru li d-dħul tagħhom annwali kkonsolidat jaqbeż l-EUR 300 000 (il-medja għall-aħħar 3 snin).Għandha tingħata l-prova li ġejja:— 'Karta bilanċjali simplifikata' kompluta u 'Kont tal-qligħ & telf' issimplifikat' li tlestew f'dawn l-aħħar 3 snin (għandu jimtela l-Anness 2),— kopja tal-kont tal-qligħ & t-telf u l-karta bilanċjali għall-aħħar 3 snin li għalihom ingħalqu l-kontijiet,— fin-nuqqas ta' dan, stqarrijiet xierqa minn banek,— prova ta' assigurazzjoni ta' indennizz kontra l-perikli professjonali.Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, min jitfa' l-offerti ma jkunx jista' jagħti wieħed jew aktar mid-dokumenti ta' hawn fuq, jista' jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li huwa xieraq. F'kull każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt trid tkun mill-inqas avżata dwar din ir-raġuni eċċezzjonali u l-ġustifikazzjoni li għandha x'taqsam magħha fl-offerta. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li titlob kull dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li qiegħed jitfa' l-offerta.
Ara hawn fuq.
a. Il-kriterji marbuta ma' dawk li jitfgħu l-offerti:Dawk li jitfgħu l-offerti (f'każ ta' offerta konġunta, il-ħila magħquda ta' dawk kollha li jitfgħu l-offerti u tas-sottokuntratturi li jkunu identifikati) iridu jimxu mal-kriterji li ġejjin:— min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti prova tal-esperjenza fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur u l-liġi tal-proċedura, kif ukoll fil-liġi internazzjonali privata u fil-proċedura Ewropea, — min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti prova tal-esperjenza tax-xogħol fil-lingwi uffiċjali tat-28 Stati Membri kollha,— min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti prova tal-ħila fit-tħejjija tal-abbozzi tar-rapporti bl-Ingliż u bil-Franċiż, — min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti prova ta' esperjenza f'tekniki tas-sondaġġi, il-ġbir tad-dejta, l-analiżi tal-istatistika u t-tħejjija tal-abbozzi tar-rapporti u tar-rakkomandazzjonijiet.b. Il-kriterji marbuta mat-tim li se jipprovdi s-servizz:It-tim li se jagħti s-servizz għandu jinkludi, mill-inqas, il-profili li ġejjin:Il-maniġer tal-proġett: mill-inqas 5 snin esperjenza fl-immaniġġjar ta' proġetti, inkluż is-sorveljanza fit-twettiq tal-proġett, il-kontroll tal-kwalità tas-servizz mogħti, l-orjentazzjoni lejn il-klijent u esperjenza fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fi proġetti bi skop simili, b'esperjenza fl-immaniġġjar ta' tim ta' mill-inqas 10 persuni.Verifika tal-kwalità tal-lingwa: mill-inqas membru 1 tat-tim għandu jkollu l-ħiliet tal-lingwa fil-livell nattiv fl-Ingliż.Esperti fil-liġi tal-konsumatur, il-liġi tal-proċedura ċivili u l-liġi internazzjonali privata: fl-offerta, il-kuntrattur għandu jipproponi tim ta' esperti kapaċi jwettqu din l-analiżi legali kumplessa. L-esperti proposti għandu jkollhom lawriji universitarji u milll-inqas 5 snin ta' esperjenza legali. It-tim għandu jinkludi esperti b'esperjenza rilevanti fil-liġi tal-konsumatur, fil-proċedura ċivili (inklużi l-proċeduri Ewropej) u fil-liġi internazzjonali privata, kif ukoll għarfien estensiv tas-sistemi legali nazzjonali tal-Istati Membri li se janalizzaw.Tim għall-ġbir tad-dejta u l-analiżi: it-tim għandu jikkonsisti f'riċerkaturi b'lawrija universitarja u mill-inqas sentejn (2) esperjenza fil-ġbir u l-analiżi tad-dejta legali.Għarfien kollettiv ippruvat tal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.Jekk bosta fornituri tas-servizz/sottokuntratturi huma involuti fl-offerta, kull wieħed minnhom irid juri li għandu l-ħila professjonali u teknika għat-twettiq tax-xogħlijiet mogħtijin lilhom.ċ. Il-provi:Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw biex jintlaħqu l-kriterji ta' hawn fuq:1. dawk li jitfgħu l-offerti flimkien mal-offerta tagħhom iridu jipprovdu kurrikulu tal-karriera ddettaljat ta' kull wieħed mill-impjegati responsabbli mit-twettiq tax-xogħol, li jkun jinkludi fih l-isfond edukattiv tiegħu jew tagħha, il-lawrji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol ta' riċerka, il-pubblikazzjonijiet u l-ħiliet lingwistiċi. Il-KK għandhom ikunu ppreżentati, preferibbilment, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11.3.2002 fuq l-għamla komuni Ewropea għall-kurrikuli tal-karriera (KK), ippubblikata fil-ĠU L 79 tat-22.3.2002, p. 66;2. lista tas-servizzi ewlenin tal-istess tip li ngħataw matul dawn l-aħħar 5 snin, bl-ammonti, id-dati u l-entitajiet, kemm jekk pubbliċi jew privati, li rċevew is-servizzi mogħtija, flimkien maċ-ċertifikati maħruġa jew iffirmati mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-klijenti privati, jew jekk ma jingħatawx dawn, għandha ssir stqarrija sempliċi mill-fornitur tas-servizz li turi li dawn twettqu;3. il-parti tal-kuntratt li min jipprovdi s-servizz għandu l-ħsieb li jgħaddi lil terzi.
Ara hawn fuq.
Miri li Jridu Jintlaħqu
02/06/2015 00:00
25/08/2015 23:59
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
01/09/2015 12:00
08/09/2015 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 104-188196 L-Avviż dwar il-Kuntratt 02/06/2015 00:00