Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
studju bażilari REACH.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
08/07/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
14/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
446/PP/GRO/IMA/15/11818.
studju bażilari REACH.
Skont l-Artiklu 117(4) tar-Regolament REACH, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull 5 snin dwar il-funzjonament ta' REACH, li tibda mill-1.6.2012. Għaldaqstant, hemm obbligu legali għall-Kummissjoni biex terġa' tirrapporta fl-2017. Ir-rapport li jmiss tal-Kummissjoni se jibni fuq ir-rapporti tal-Istati Membri u l-ECHA (li għandhom jingħataw fil-kors tal-2015 u l-2016), kif ukoll fuq numru ta' studju speċifiċi bi tnedija mill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-elementi partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni ta' REACH. Wieħed mill-elementi li jridu jkunu ssorveljati b'mod regolari mill-Kummissjoni huwa l-effettività u l-effiċjenza ta' REACH f'termini tal-ħila tiegħu biex jikkontribwixxi lejn il-kwalità tad-dejta disponibbli għall-immaniġġjar tar-riskju tal-kimiċi u lejn it-tnaqqis tar-riskji li ġejjin mill-kimiċi. Dan jeħtieġ analiżi statistika soda li ssegwi metodoloġija stabbilita li tippermetti tixbih tar-rużultati f'mumenti differenti. L-ewwel studju bażilari REACH tlesta fl-2009 li żviluppa sistema ta' indikazzjoni tar-riskju u l-kwalità u pprovda l-ewwel 'ritratt' ibbażat fuq dejta dispobibbli fl-2007, qabel ma REACH daħal fis-seħħ. It-tieni 'ritratt' ibbażat fuq dejta disponibbli wara l-ewwel data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni kienet tlestiet fl-2012 sabiex tikkontribwixxi lejn ir-rapport ġenerali fuq l-operat ta' REACH ippubblikat fl-2013 (l-hekk imsejħa reviżjoni ta' REACH tal-2013). Kif mistqarr fir-reviżjoni ta' REACH għall-2013, it-tixbih ta' riżultati miksuba fl-2009 u l-2012 indikaw titjib sinifikanti tal-kwalità tad-dejta disponibbli għall-immaniġġjar tar-riskju ta' kimiċi rreġistrati, li jirriżulta fi tnaqqis immarkat tar-riskju nominali għal dawk is-sustanzi. It-tielet 'ritratt' hu neċessarju sabiex jinkiseb tixbih ġdid ta' riżultati li se jappoġġjaw ir-rapport tal-Kummissjoni fuq l-iffunzjonar ta' REACH li jrid jingħata fl-2017. It-tixbih il-ġdid tar-riżultati għandu jkun ibbażat fuq studju li jipprovdi analiżi statistika soda li tapplika l-metodoloġija diġà stabbilita fi studji li saru qabel għal sustanzi rreġistrati mit-tieni data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni u, jekk xieraq, għal sustanzi inklużi fil-lista tal-kandidati jew fil-lista ta' awtorizzazzjoni (l-Anness XIV għar-REACH).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
08/07/2015 00:00
14/09/2015 23:59
14/09/2015 23:59
24/09/2015 11:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 129-236420
L-Avviż dwar il-Kuntratt
08/07/2015 00:00