Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista u aġġornament ta' dejta għat-taqsimijiet tal-'ħtiġijiet' u 'tat-taxxi ...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Trade (TRADE)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
11/07/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
11/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
Trade15/A3/14.
Provvista u aġġornament ta' dejta għat-taqsimijiet tal-'ħtiġijiet' u 'tat-taxxi interni' tal-websajt u l-bażi tad-dejta tal-Post tal-Kummissjoni tal-UE fejn tingħata għajnuna dwar l-Esportazzjoni.
L-1 lott: il-kuntratt għall-provvista u l-aġġornament regolari tal-ħtiġijiet ġenerali u speċifiċi dwar l-importazzjoni fi ħdan is-sit tal-Internet u l-bażi tad-dejta tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni tad-DĠ tal-Kummerċ.It-2 lott: il-kuntratt għall-provvista u l-aġġornament regolari tat-taxxi interni tal-UE fi ħdan is-sit tal-Internet u l-bażi tad-dejta tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni tad-DĠ tal-Kummerċ.Is-sit tal-Internet tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni wieħjed jista' jżuru fuq: http://exporthelp.europa.euIl-bażi tad-dejta għall-ħtiġijiet u t-taxxi interni hija parti minn dan is-sit tal-Internet u tista' tkun aċċessata permezz tal-għamla tad-dejta singola taħt il-'My export'.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
11/07/2015 00:00
Ma jgħoddx
11/09/2015 16:00
17/09/2015 00:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Kuntratt għall-provvista u l-aġġornament tad-dejta tat-taqsima tal-ħtiġijiet ġenerali u speċifiċi fi ħdan is-sit tal-Internet u l-bażi tad-dejta tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
L-1 lott jinkludi l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-:a) ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-importazzjoni;b) ħtiġijiet ġenerali (inklużi mudelli ta' forom li se jkunu wżati biex jiġu impurtati oġġetti fl-UE);ċ) il-ħtiġijiet speċifiċi, it-testi ta' spjegazzjoni u l-informazzjoni biex it-testi ta' spjegazzjoni jintrabtu kemm mal-kodiċi CN bi 8 numri u mal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott (inklużi l-eċċezzjonijiet li jista' jkun hemm).
Il-lott 2
Kuntratt għall-provvista u l-aġġornament regolari tat-taqsima tat-taxxi interni u d-dazji tas-sisa fi ħdan is-sit tal-Internet u l-bażi tad-dejta tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
L-oġġetti li jridu jiġu kkunsinnati għat-2 lott jinkludu t-tagħrif kollu li jikkonċerna t-tassazzjoni interna tal-UE u l-Istati Membri:a) ħarsa ġenerali tat-tassazzjoni interna inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru u kwalunkwe tagħrif ieħor ikkunsidrat utli għall-utenti;b) taxxi interni speċifiċi applikabbli f'kull Stat Membru tal-UE għal oġġetti impurtati minn pajjiżi msieħba tal-kummerċ identifikati mill-kodiċi tal-NM bi 8 numri tagħhom. Dawn id-dejta jinkludu:i. ir-rati tal-VAT;ii. dazji tas-sisa u oħrajn applikabbli għal numru ta' prodotti, e.g. xarbiet alkoħoliċi, prodotti tat-tabakk, prodotti miż-żejt minerali;ċ) l-abbozz ta' testi ssuġġeriti fuq il-bidliet importanti fil-qasam tat-tassazzjoni għat-taqsima 'X'hemm ġdid' tas-sit tal-Internet tal-Post fejn Tingħata l-Għajnuna dwar l-Esportazzjoni għandhom ikunu sottomessi f'dokument separat.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 132-241785
L-Avviż dwar il-Kuntratt
11/07/2015 00:00