Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Proġett pilota - trawwim tal-ħila għas-soċjetà ċivili ta' Roma u t-tisħiħ tal-in...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Justice and Consumers (JUST)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
10/07/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
09/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
JUST/2014/RPPI/PR/EQUA/0150.
Proġett pilota - trawwim tal-ħila għas-soċjetà ċivili ta' Roma u t-tisħiħ tal-involviment tagħha fil-monitoraġġ tal-istrateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni ta' Roma.
L-objettivi ta' dan il-proġett pilota għandhom jikkontribwixxu lejn il-ħolqien u t-trawwim tal-ħila tas-soċjetà ċivili lokali ta' Roma kif ukoll bħala mekkaniżmu ta' monitoraġġ rigward l-integrazzjoni u l-inklużjoni ta' Roma fis-27 Stat Membru tal-UE (Malta mhijiex inkluża).Dan jinkludi b'mod partikolari l-produzzjoni u t-tixrid ta' 'rapporti dwar dak li qed jiġri' fejn il-koalizzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew l-OMG jistgħu jissupplimentaw jew jippreżentaw tagħrif jew dejta alternattivi għar-rapporti sottomessi mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' integrazzjoni tagħhom ta' Roma. Il-monitoraġġ għandu jiffoka fuq l-implimentazzjoni lokali ta' strateġiji fl-4 oqsma ewlenin (l-impjiegi, l-edukazzjoni, id-djar u s-saħħa), fl-oqsma ta' kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi u jipprovdi wkoll tagħrif fuq il-livell ta' involviment tas-soċjetà ċivili, l-użu tal-fondi tal-UE u l-integrazzjoni tal-miżuri ta' inklużjoni ta' Roma taħt l-edukazzjoni pubblika, l-impjiegi, is-saħħa u l-politiki dwar l-akkomodazzjoni (djar).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Kuntratt pubbliku
Ma jgħoddx
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Sabiex jagħtu prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tagħhom, dawk li jitfgħu l-offerti (jiġifieri fil-każ ta' offerta konġunta, il-ħila flimkien tal-membri kollha tal-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati) għandhom juru li d-dħul tagħhom annwali kkonsolidat jaqbeż l-EUR 300 000 (il-medja għall-aħħar 3 snin).Għandhom jingħataw il-provi li ġejjin:— il-'Karta bilanċjali ssimplifikata' kompluta u l-'Kont tal-qligħ u t-telf issimplifikat' li jridu jimtlew għall-aħħar 3 snin (l-Anness 3 għandu jimtela),— kopja tal-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta bilanċjali għal dawn l-aħħar 3 snin li l-kontijiet tagħhom ingħalqu,— fin-nuqqas ta' dan, stqarrijiet xierqa minn banek,— jekk applikabbli, xhieda ta' assigurazzjoni ta' indennizz kontra r-riskju professjonali.Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità li toħroġ il-kuntratt tqis iġġustifikata, min jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jipprovdi 1 jew aktar mid-dokumenti msemmija hawn fuq, jista' jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorità li toħroġ il-kuntratt tqis xieraq. F'kull każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt trid tkun mill-inqas avżata dwar din ir-raġuni eċċezzjonali u l-ġustifikazzjoni li għandha x'taqsam magħha fl-offerta. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li titlob kull dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li qiegħed jitfa' l-offerta.
Ara hawn fuq.
Il-ħila professjonali u teknika ta' min qiegħed jitfa' l-offerta se tkun ivvalutata skont it-tabella tal-organizzazzjoni li tispjega x-xogħlijiet ta' kull persuna individwali proposta minn dak li jitfa' l-offerta. Dak li qed jitfa' l-offerta se juri li għandu l-ħiliet meħtieġa fl-oqsma ewlenin kif spjegat hawn taħt sabiex jissodisfa l-oġġettivi msemmijin hawn fuq.It-tim mill-inqas għandu josserva l-kriterji li ġejjin:— mill-inqas membru 1 tat-tim għandu jagħti prova ta' minimu ta' 5 snin esperjenza fil-ħidma mas-soċjetà attiva ċivili fil-qasam tal-integrazzjoni ta' Roma,— mill-inqas 6 membri tat-tim għandhom ikunu esperti ddedikati b'esperjenza rilevanti konġunta fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni (djar) u kontra d-diskriminazzjoni/kontra ż-Żingari. Esperjenza speċifika dwar politiki biex jappoġġjaw l-integrazzjoni ta' Roma jew komunitajiet marġinalizzati u għarfien tajjeb ħafna tal-kuntest lokali tal-pajjiżi bl-ikbar komunitajiet ta' Roma u/jew l-iktar sfidi akuti għandhom ikunu rekwiżit għal dawn l-esperti,—mill-inqas membru 1 tat-tim għandu jkollu esperjenza rilevanti u ppruvata fil-koordinament ta' netwerks ta' OMG u fl-appoġġ ta' tagħlim minn xulxin u kooperazzjoni,— mill-inqas membru 1 fit-tim irid ikollu esperjenza rilevanti fit-tħejjija tal-abbozzi ta' rapporti għal udjenza li tkopri l-firxa tal-Ewropa.Il-persuna identifikata bħala koordinatur/direttur tal-proġett tal-kuntratt se jkollu:— ħila ppruvata għat-twettiq tax-xogħlijiet ta' koordinazzjoni u amministrattivi involuti fl-organizzazzjoni u fl-immaniġġjar ta' kuntratti u proġetti fuq livell Ewropew.Il-kriterji tal-għażla li jridu jintlaħqu b'mod konġunt mill-membri tat-tim huma kif ġej:a) ħila bil-provi għat-twettiq ta' koordinazzjoni u xogħlijiet amministrattivi li jinvolvu l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar ta' kuntratti u proġetti fuq livell Ewropew.b) abbiltà ppruvata fit-twaqqif ta' struttura organizzazzjonali xierqa biex twettaq ix-xogħlijiet involuti kollha, inklużi x-xogħlijiet loġistiċi involuti;ċ) l-abbiltà biex tagħmel użu mill-kompetenza meħtieġa sabiex taħdem ma' OMG fuq il-firxa tal-UE bi prijorità għal pajjiżi bl-ikbar komunitajiet Roma u/jew l-iżjed sfidi akuti;d) għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż u tal-lingwi nazzjonali ta' mill-inqas il-pajjiżi bl-ikbar komunitajiet Roma u/jew l-iżjed sfidi akuti biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni mal-Kummissjoni u fuq livell nazzjonali;d) ippjanar b'saħħtu u ħiliet ta' organizzazzjoni u l-ħila biex jitħaffew il-laqgħat.Jekk bosta fornituri tas-servizz/sottokuntratturi jieħdu sehem fl-offerta, huma jrid ikollhom ilkoll flimkien il-ħila professjonali u teknika biex iwettqu x-xogħlijiet mogħtija lilhom.Ix-xhieda:Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw biex jintlaħqu l-kriterji t'hawn fuq:1. Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jinkludu kurrikulu tal-karriera ddetaljat ta' kull membru tat-tim responsabbli mill-eżekuzzjoni tax-xogħol, inklużi l-isfond edukattiv, il-lawrji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol ta' riċerka, il-pubblikazzjonijiet u l-ħiliet lingwistiċi. Il-KK għandhom ikunu ppreżentati, preferibbilment, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11.3.2002 fuq għamla Ewropea komuni għall-kurrikli tal-karriera (KK), il-ĠU L 79 tat-22.3.2002, p. 66;2. il-parti tal-kuntratt li min jipprovdi s-servizz għandu l-ħsieb li jgħaddi b'sottokuntratt.
Ara hawn fuq.
Miri li Jridu Jintlaħqu
10/07/2015 00:00
02/09/2015 23:59
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
09/09/2015 12:00
11/09/2015 00:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 131-239895 L-Avviż dwar il-Kuntratt 10/07/2015 00:00