Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Appoġġ għall-istatistika tat-trasport.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG EUROSTAT
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
28/07/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
11/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ESTAT/E/2015/011.
Appoġġ għall-istatistika tat-trasport.
Il-provvista ta' servizzi biex tiġi appoġġjata l-istatistika tas-sigurtà fit-toroq, l-istatistika u indikaturi tal-loġistika dwar it-trasport intermodali, l-istatistika dwar it-trasport marittimu, l-istatistika dwar l-avjazzjoni, l-istatistika dwar il-mogħdijiet tal-ilma ġewwa l-pajjiż, l-istatistika dwar it-trasport reġjonali, l-istatistika miġbura mal-kwestjonarju komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE, l-iżvilupp ta' indikaturi għad-diviżjoni modali tat-trasport, l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija fit-toroq, l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija.L-1 lott: appoġġ għall-istatistika tat-trasport tal-merkanzija fit-toroq.It-2 lott: appoġġ għall-istatistika tat-trasport bil-ferrovija.It-3 lott: appoġġ għall-istatistika tal-mogħdijiet tal-ilma ġewwa l-pajjiż.Ir-4 lott: appoġġ għall-istatistika tat-trasport marittimu.Il-5 lott: appoġġ għall-istatistika dwar l-avjazzjoni.Is-6 lott: appoġġ għall-istatistika tat-trasport reġjonali.Is-7 lott: appoġġ għall-istatistika miġbura mill-kwestjonarju komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE.It-8 lott: appoġġ għall-iżvilupp tal-indikaturi tad-diviżjoni tat-trasport modali u intermodali.Id-9 lott: appoġġ għall-istatistika tas-sigurtà tat-trasport.L-10 lott: appoġġ għall-istatistika tal-mobilità tal-passiġġieri.Il-11-il lott: appoġġ għall-istatistika tat-traffiku fit-toroq.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
28/07/2015 00:00
04/09/2015 23:59
11/09/2015 16:30
21/09/2015 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Appoġġ għall-istatistika dwar il-ġarr ta' merkanzija fit-toroq
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tar-Regolament (EU) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.1.2012 dwar dħul statistiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġarr ta' oġġetti fit-toroq, inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u l-pubblikazzjoni tal-preċiżjoni tad-dejta u għall-aġġornament tal-manwali rilevanti ta' referenza.
Il-lott 2
Appoġġ għall-istatistika tat-trasport bil-ferrovija
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi lill-Eurostat b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.12.2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u l-pubblikazzjoni tad-dejta u għall-aġġornament tal-manwali rilevanti ta' referenza kif ukoll l-abbozzar ta' rapporti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-istatistika tal-ferroviji.
Il-lott 3
Appoġġ għal statistika dwar il-mogħdijiet tal-ilma ġewwa l-pajjiż
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6.9.2006 dwar l-istatistika tat-trasport ta' oġġetti permezz ta' mogħdijiet tal-ilma ġewwa l-pajjiż u l-irrevokar tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/EEC, inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi tad-dejta, il-pubblikazzjoni tal-analiżi tad-dejta u għall-aġġornament tal-manwali rilevanti ta' referenza u l-metadejta, meta jkun neċessarju.
Il-lott 4
Appoġġ għall-istatistika tat-trasport marittimu.
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni ta' Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6.5.2009 dwar id-dħul statistiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġarr ta' oġġetti u passiġġieri bil-baħar (inkluż emendi). Dan ix-xogħol jinkludi appoġġ għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi u l-metodoloġija statistika, kif ukoll il-kontroll tal-kwalità il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u t-tixrid ta' dejta rrelatata u għall-aġġornament tal-metadejta rilevanti u l-manwali ta' referenza.
Il-lott 5
Appoġġ għall-istatistika dwar l-avjazzjoni
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27.2.2003 dwar id-dħul statistiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġarr ta' passiġġieri, merkanzija u posta bl-ajru (inkluż emendi li jiġu wara). Dan ix-xogħol jinkludi appoġġ għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi u l-metodoloġija statistika, kif ukoll il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u t-tixrid ta' dejta rrelatata u għall-aġġornament tal-metadejta rilevanti u l-manwali ta' referenza. Il-kuntrattur huwa mistenni li jħejji proposti għal aktar żviluppi u t-titjib fl-istatistika tat-trasport bl-ajru u jappoġġja l-Eurostat fil-proġetti rrelatati mal-qasam.
Il-lott 6
Appoġġ għal statistika tat-trasport reġjonali
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ fl-immaniġġjar tat-tagħrif reġjonali (id-dejta u l-metadejta), li jinkludi l-appoġġ fil-ġbir tad-dejta, l-analiżi statistika u x-xogħol metodoloġiku, kif ukoll l-ipproċessar tad-dejta (il-validazzjoni, l-aggregazzjoni, eċċ) u l-kontroll tal-kwalità ddettaljat tat-tagħriif dwar it-trasport reġjonali. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u t-tixrid ta' dejta rrelatata u għall-aġġornament tal-metadejta rilevanti u l-manwali ta' referenza. Il-kuntrattur huwa mistenni li jħejji proposti għal aktar żviluppi u titjib fil-qasam tal-istatistika tat-trasport reġjonali u jappoġġja l-Eurostat fil-proġetti rrelatati mal-qasam.
Il-lott 7
Appoġġ għall-istatistika miġbura mill-kwestjonarju komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi appoġġ għall-produzzjoni statistika bbażata fuq id-dejta li tingħata lill-Eurostat mal-kwestjonarju komuni tal-Eurostat/UNECE. Dan l-appoġġ jinkludi għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta tal-Eurostat, l-analiżi u l-metodoloġija statistika, il-kontroll tal-kwalità il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-aġġornament tal-manwali ta' referenza rilevanti.
Il-lott 8
Appoġġ għall-iżvilupp tal-indikaturi tad-diviżjoni tat-trasport modali u intermodali
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u l-produzzjoni tad-diviżjoni tal-indikaturi tat-trasport modali u intermodali. Dan l-appoġġ jinkludi għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta tal-Eurostat, l-analiżi u l-metodoloġija statistika, il-kontroll tal-kwalità il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-aġġornament tal-manwali ta' referenza rilevanti.
Il-lott 9
Appoġġ għall-istatistika tas-sigurtà tat-trasport
L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tal-istatistika tas-sigurtà tat-trasport, inkluż l-għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll għall-analiżi u l-pubblikazzjoni ta' dejta.
Il-lott 10
Appoġġ għall-istatistika tal-mobilità tal-passiġġieri
L-għan fundamentali ta' din l-azzjoni huwa biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-istatistika tal-UE dwar l-istatistika tat-trasport tal-passiġġieri fit-toroq.
Il-lott 11
Appoġġ għall-istatistika tat-traffiku fit-toroq
L-għan fundamentali ta' din l-azzjoni huwa biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-istatistika tal-volumi tat-traffiku fit-toroq fl-UE u jipproduċi indikaturi u metodoloġija li jistgħu jintużaw bħala parti minn bażi legali għall-għoti ta' dejta disponibbli dwar it-traffiku fit-toroq lill-Kummissjoni malli jibda jaħdem ir-reġistru ċentrali tal-qari tal-odometri.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 143-263194
L-Avviż dwar il-Kuntratt
28/07/2015 00:00