Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta' kuntratt ta' servizz għas-servizz għall-validazzjoni tal-immappjar fl-...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, Joint Research Centre (JRC)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
15/07/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
JRC/IPR/2015/G.2/0004/OC.
Qafas ta' kuntratt ta' servizz għas-servizz għall-validazzjoni tal-immappjar fl-immaniġġjar tal-emerġenzi Copernicus.
Is-servizz għall-immaniġġjar tal-emergenzi ta' Copernicus, f'kontinwazzjoni tal-fażi operattiva iniżjali GMES, huwa maħsub bħala servizz operazzjonali offrut lill-utenti awtorizzati attivi fil-qasam tal-immaniġġjar tal-kriżijiet fl-Istati Membri tal-UE, il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili Ewropew, id-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi u l-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja li qedgħin jieħdu sehem.Il-karatteristika ewlenija tas-servizz SIE (Servizz għall-Immaniġġar tal-Emerġenzi) tinsab fil-provvista, hekk kif tkun attivata minn dak li hu awtorizzat biex juża s-sistema, ta' informazzjoni f'waqtha u preċiża miksuba mid-dejta tal-immaġni tas-senser permezz tas-satelliti jew mill-ajru fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-immaniġġar tal-emerġenzi. It-tagħrif iġġenerat mis-servizz jista' jintuża kif mogħti mill-kuntrattur (e.g. bħala ħruġ ta' mapep diġitali jew stampati) jew marbutin ma' sorsi ta' dejta oħra (e.g. bħala karatteristiċi ta' settijiet diġitali f'sistema ta' tagħrif ġeografiku (GIS)) biex jappoġġja l-proċessi tal-analiżi u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġers tal-emerġenza.L-implimentazzjoni tas-SIE ta' Copernicus għandha 4 moduli differenti:1. l-immappjar mgħaġġel tas-SIE:il-provvista fuq talba li ssir u malajr ta' tagħrif ġeospazjali b'appoġġ għall-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-emerġenzi eżatt wara li jseħħ każ ta' emerġenza;2. l-immappjar tar-riskju u tal-irkuprar tas-SIE:il-provvista fuq talba li ssir ta' tagħrif ġeospazjali b'appoġġ għall-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-emerġenzi matul il-fażijiet ċikliċi tal-immaniġġjar tal-emerġenzi mhux irrelatati mar-rispons immedjat. B'mod partikolari, il-provvista ta' tagħrif tirrelata mal-fażijiet ta' prevenzjoni, tlestija u kostruzzjoni mill-ġdid;3. il-validazzjoni tal-immappjar tas-SIE:verifika ta' kampjun tal-ħruġ ta' servizz magħmul mis-servizzi tal-immappjar mgħaġġel tas-SIE ta' Copernicus jew tal-immappjar tar-riskju u tal-irkuprar tas-SIE ta' Copernicus, u jinkludu l-kontroll estern tal-kwalità, il-validazzjoni tal-kontenut ta' tagħrif tematiku u t-tqabbil mas-sorsi alternattivi ta' tagħrif irrelatati mal-kuntest ta' emerġenza;4. it-twissija bikrija tas-SIE:L-ewwel element huwa s-sistema Ewropea għall-għarfien tal-għargħar (EFAS) li tagħti tagħrif ta' valur miżjud lis-servizzi nazzjonali idroloġiċi u tipprovdi ħarsa ġenerali unika fuq is-sitwazzjoni kurrenti u mbassra tal-għargħar.Din is-sejħa tirreferi għat-3 taqsima tas-SIE tal-validazzjoni tal-immappjar.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
15/07/2015 00:00
03/09/2015 23:59
03/09/2015 23:59
07/09/2015 14:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 134-246629
L-Avviż dwar il-Kuntratt
15/07/2015 00:00