Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Ir-reviżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) imwaqqfa taħt ir-R...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
12/08/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
30/09/2015
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
445/PP/GRO/IMA/15/11817.
Ir-reviżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) imwaqqfa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) maħluqa nhar l-1.6.2007 u li tinsab f'Ħelsinki, il-Finlandja, tilgħab rwol ċentrali fl-iimplimentazzjoni tar-Regolamenti REACH, CLP, BPR u PIC.REACH huwa Regolament dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi. Daħal fis-seħħ nhar l-1.6.2007. Jarmonizza u jtejjeb il-qafas leġislattiv ta' qabel dwar is-sistanzi kimiċi tal-Unjoni Ewropea. CLP huwa r-Regolament dwar l-iklassifikar u l-immarkar u l-ippakkjar tas-sustanzi kimiċi. Daħal fis-seħħ nhar l-20.1.2009. Iż-żewġ Regolamenti jfittxu li jassiguraw livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa umana u l-ambjent u li jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' sustanzi kimiċi fi ħdan is-suq waħdieni Ewropew. Barra minn hekk, REACH jippromwovi metodi alternattivi għall-ittestjar minflok l-annimali u jtejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija.BPR huwa r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali li daħal fis-seħħ fl-2013 u jikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' prodotti bijoċidali, li huma wżati biex jipproteġu lill-umani, l-annimali, il-materjali jew l-artikli kontra organiżmi li jagħmlu l-ħsara, bħall-insetti jew il-batterji, permezz tal-azzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott bijoċidali.PIC huwa r-Regolament dwar il-Kunsens Infurmat minn Qabel li daħal fis-seħħ fl-2014 u jamministra l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċerti sustanzi kimiċi perikolużi u jpoġġi obbligu fuq il-kumpaniji li jixtiequ jesportaw dan is-sustanzi kimiċi lil pajjiżi mhux fl-UE. Jimplimenta, fl-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni ta' Rotterdam fuq il-Proċedura tal-Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Sutanzi Kimiċi Perikolużi u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali.L-ECHA timmaniġġja l-proċessi ewlenin tar-Regolamenti REACH, CLP, BPR u PIC.Skont l-Artiklu 117(4) tar-Regolament REACH, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull 5 snin dwar il-funzjonament ta' REACH, li tibda mill-1.6.2012. Għaldaqstant, hemm obbligu legali għall-Kummissjoni biex terġa' tirrapporta fl-2017. Ir-rapport li jmiss tal-Kummissjoni se jibni fuq ir-rapporti tal-Istati Membri u l-ECHA (li għandhom jingħataw fil-kors tal-2015 u l-2016), kif ukoll fuq numru ta' studji speċifiċi mniedija mill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-elementi partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni ta' REACH.Ir-reviżjoni tal-ECHA għandha tikkontribwixxi lejn ir-reviżjoni/rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-Regolament REACH sal-1.6.2017. L-ewwel reviżjoni tal-ECHA saret fl-2012. L-evalwazzjoni se tkopri l-perijodu mill-aħħar reviżjoni li jieħu f'kunsiderazzjoni x-xogħlijiet ġodda fdati lill-Aġenzija minn dakinhar.Il-kuntrattur hu mistenni jevalwa t-twettiq tal-Aġenzija skont il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea għall-evalwazzjonijiet. Meta jagħmel dan, il-kuntrattur għandu jevalwa l-effiċjenza tal-Aġenzija, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE ft-trawwim tal-ħiliet tagħha u l-immaniġġjar tal-operazzjonijiet tagħha kif ukoll l-aċċettabilità tagħha. Fuq il-bażi tal-konkulużjonijiet, il-kuntrattur se jipproponi suġġerimenti/rakkomandazzjonijiet għal titjib.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
12/08/2015 00:00
30/09/2015 23:59
30/09/2015 23:59
08/10/2015 11:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 154-283348
L-Avviż dwar il-Kuntratt
12/08/2015 00:00