Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Analiżi xjentifika u pariri fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Justice and Consumers (JUST)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/08/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/11/2015
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
JUST/2015/RGEN/PR/EQUA/0088.
Analiżi xjentifika u pariri fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.
L-objettiv ġenerali tal-kuntratt hu li jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-analiżi politika fuq livell Ewropew u l-iżvilupp tal-politika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi appoġġ xjentifiku affidabbli, indipendenti, u rigoruż u pariri lill-Kummissjoni Ewropea. Se jsaħħaħ il-bażi ta' għarfien tal-kummissjoni, inkluż l-għarfien tagħha dwar il-pajjiżi, sabiex tappoġġja t-tħejjija ta' inizjattivi politiċi, u biex tappoġġja l-kooperazzjoni politika fuq livell Ewropew.B'mod iżjed preċiż, l-appoġġ u l-pariri xjentifiċi se jkopru t-temi li ġejjin:— l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol, inkluż id-differenzi fil-ħlas, is-sigħat tax-xogħol u l-impjieg bejn is-sessi,— il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja,— il-povertà, l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali, inklużi s-sistemi tal-pensjonijiet, minn perspettiva tas-sessi,— l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet,— il-vjolenza bbażata fuq is-sessi, inklużi l-vjolenza intima mis-sieħeb/sieħba, il-vjolenza sesswali, il-vjolenza u l-abbuż fuq l-Internet, il-vjolenza sesswali u prattiċi li jagħmlu ħsara u vjolenza bbażata fuq l-'unur',— l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u t-taħriġ u permezz tagħhom,— kwistjonijiet orizzontali, bħall-għażla tas-sessi, l-estimi fis-sessi, l-isterjotipi bbażati fuq is-sessi jew ir-rwol tal-irġiel fl-ugwaljanza bejn is-sessi,— l-istatisiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Kuntratt pubbliku
Ma jgħoddx
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Sabiex jagħtu prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tagħhom, dawk li jitfgħu l-offerti (i.e. fil-każ ta' offerta konġunta, il-ħila flimkien tal-membri kollha tal-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati) għandhom juru li d-dħul annwali konsolidat tagħhom jaqbeż l-EUR 300 000 (il-medja għall-aħħar 3 snin).Għandhom jingħataw il-provi li ġejjin:— il-'Karta bilanċjali ssimplifikata' kompluta u l-'Kont tal-qligħ & t-telf issimplifikat' li jridu jimtlew għal dawn l-aħħar 3 snin, — kopja tal-kont tal-qligħ u t-telf u karta bilanċjali għall-aħħar 3 snin li għalihom ingħalqu l-kontijiet,— fin-nuqqas ta' dan, stqarrijiet xierqa minn banek,— jekk applikabbli, xhieda ta' assigurazzjoni ta' indennizz kontra r-riskju professjonali.Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità li toħroġ il-kuntratt tqis iġġustifikata, min jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jipprovdi 1 jew aktar mid-dokumenti msemmija hawn fuq, jista' jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorità li toħroġ il-kuntratt tqis xieraq. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt trid tkun mill-inqas avżata dwar din ir-raġuni eċċezzjonali u l-ġustifikazzjoni li għandha x'taqsam magħha fl-offerta. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li titlob kull dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li qiegħed jitfa' l-offerta.
Ara hawn fuq.
A. Il-kriterji marbutin ma' dawk li jitfgħu l-offerti:Min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jimxi mal-kriterji li ġejjin:Kull membru individwali tat-tim responsabbli mit-twettiq tax-xogħol barra xogħlijiet klerikali u maniġerjali jrid ikollu:a) esperjenza qawwija fl-oqsma tal-analiżi u l-valutazzjoni tal-politika u esperjenza ppruvata ta' mill-inqas 4 snin fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq livell nazzjonali jew Ewropew;b) ħakma tajba tal-Ingliż, kemm mitkellem u miktub.Il-kriterji tal-għażla li jridu jintlaħqu b'mod konġunt mill-membri tat-tim huma kif ġej:a) taħlita ta' prova tal-esperjenza u l-ħiliet lingwistiċi biex wieħed ikopri l-Istati Membri kollha tal-UE;b) kompetenza ppruvata, għarfien xjentifiku u esperjenza akkademika ta' mill-inqas 5 snin fl-oqsma li ġejjin:— kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż l-involviment tal-mara fis-suq tax-xogħol, id-differenza fil-ħlas ibbażata fuq is-sessi, ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u tal-familja,— il-ħarsien soċjali/l-inklużjoni soċjali,— il-vjolenza bbażata fuq is-sessi, inklużi l-kompetenza legali, il-kompetenza medika/psikoloġika, u l-kompetenza fuq l-istatistika dwar il-vjolenza, u l-kopertura ta' forom varji ta' vjolenza, inklużi l-vjolenza intima mis-sieħeb/sieħba, il-vjolenza sesswali, il-vjolenza u l-abbuż fuq l-Internet, il-vjolenza sesswali u prattiċi li jagħmlu l-ħsara u l-vjolenza bbażata fuq l-'unur',— il-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jkopri diversi oqsma (it-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, it-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, eċċ.),— is-sessi u l-edukazzjoni,— l-istatistika u l-ekonometrika;ċ) ħakma tajba ħafna tal-Ingliż biex tiffaċilita l-komunikazzjoni mal-Kummissjoni;d) ippjanar b'saħħtu u ħiliet ta' organizzazzjoni u l-ħila biex ikunu ffaċilitati l-laqgħat;e) ħila ppruvata biex titwaqqaf l-istruttura organizzazzjonali xierqa biex jitwettqu x-xogħlijiet kollha meħtieġa, inkluż il-ħila ppruvata biex jiġu mmaniġġjati l-aspetti amministrattivi, loġistiċi u finanzjarji. Il-Kummissjoni se tivvaluta dan il-kriterju fuq il-bażi, inter alja, ta' lista ta' attivitajiet li saru qabel f'dan il-qasam li tingħata minn min jitfa' l-offerta;f) ħila ppruvata biex jiġu mmobilizzati ammont suffiċjenti ta' esperti u l-ħila biex jistrieħu fuq kompetenzi tematiċi u ħiliet lingwistiċi suffiċjenti, sabiex faċilment jilħqu u jiġbru t-tagħrif neċessarju sabiex iwettqu x-xogħlijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni se tivvaluta dan il-kriterju fuq il-bażi ta' lista ta' KK u deskrizzjoni ta' attivitajiet ta' dak li jitfa' l-offerta u ta' enumerazzjoni tal-korpi, l-istituzzjonijiet u l-istrutturi rilevanti, eċċ., li dak li jitfa' l-offerta jista' jistrieħ fuqhom, u n-netwerking li tista' eventwalment tattiva;ġ) ħila ppruvata li jkun hemm aċċess għas-servizzi ta' professjonisti u atturi kompetenti oħrajn bħal editur b'lawrja edukattiva xierqa, ħakma tal-lingwa Ingliża fuq livell nattiv, kif attestat mill-KK.B. Il-mezzi ta' prova:Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw biex jintlaħqu l-kriterji ta' hawn fuq:1. dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jinkludu kurrikulu tal-karriera ddetaljat ta' kull membru tat-tim responsabbli mill-eżekuzzjoni tax-xogħol, inklużi l-isfond edukattiv, il-lawrji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol ta' riċerka, il-pubblikazzjonijiet u l-ħiliet lingwistiċi. Il-KK għandhom ikunu ppreżentati, preferibbilment, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11.3.2002 fuq għamla Ewropea komuni għall-kurrikli tal-karriera (KK), il-ĠU L 79 tat-22.3.2002, p. 66;2. lista tas-servizzi ewlenin tal-istess tip li ngħataw matul dawn l-aħħar 5 snin, bl-ammonti, id-dati u l-entitajiet, kemm jekk pubbliċi jew privati, li rċevew is-servizzi mogħtija, flimkien maċ-ċertifikati maħruġa jew iffirmati mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-klijenti privati, jew jekk ma jingħatawx dawn, għandha ssir stqarrija sempliċi mill-fornitur tas-servizz li turi li dawn twettqu;3. il-parti tal-kuntratt li l-fornitur tas-servizz għandu l-ħsieb li jgħaddi lil terzi. Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li turi r-rieda tagħhom li jipprovdu s-servizz maħsub fis-sejħa għall-offerti u skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti preżenti.
Ara hawn fuq.
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/08/2015 00:00
27/10/2015 23:59
03/11/2015 12:00
06/11/2015 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 162-295671
L-Avviż dwar il-Kuntratt
22/08/2015 00:00