Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta’ Servizzi Relatati ma’ Ħlasijiet Deħlin, Ħerġin, bil-Kard u Elettro...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Union Intellectual Property Office (EUIPO)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
28/01/2022
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
04/03/2022
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
AO/014/21
Provvista ta’ Servizzi Relatati ma’ Ħlasijiet Deħlin, Ħerġin, bil-Kard u Elettroniċi għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Din il-proċedura għandha l-għan li tikkonkludi sa tliet oqfsa ta’ kuntratti singoli (QTK) għall-provvista ta’ servizzi relatati ma’ ħlasijiet deħlin irċevuti mill-Uffiċċju bħala parti mit-tariffi mitluba lill-kumpaniji, sa tliet oqfsa ta’ kuntratti singoli għall-provvista ta’ servizzi relatati ma’ ħlasijiet ħerġin ordnati mill-Uffiċċju biex jonoraw l-obbligi tiegħu, u sa żewġ QTK multipli f’ordni ta’ prijorità għall-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas li jippermettu l-aċċess għal u l-ipproċessar ta’ ħlasijiet billi jintegraw metodi ta’ ħlas elettroniċi f’post wieħed.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Lott wieħed jew aktar
3
Ftehim ta' qafas
18,250,000.00 EUR
66110000
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
28/01/2022 00:00
04/03/2022 13:00
07/03/2022 11:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Provvista ta’ Servizzi Relatati mal-Ħlasijiet Bankarji Deħlin
L-operazzjonijiet tal-Uffiċċju huma ffinanzjati kompletament mit-tariffii mħallsa mill-utenti tiegħu għar-reġistrazzjoni tat-trade marks u d-disinji tagħhom. Dawn it-tariffii jistgħu jitħallsu biss bl-euro peress li l-ebda munita oħra ma hija permessa mir-Regolament dwar it-Trade Marks tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa, l-Uffiċċju jaħdem ma’ żewġ banek u n-numri korrispondenti tal-kontijiet bankarji huma inklużi fil-formoli kollha tal-filing tiegħu u ppubblikati fuq l-Internet.Il-ħlasijiet tat-tariffi deħlin jistgħu jsiru fil-forma ta’ trasferimenti bankarji mill-banek tal-utenti li jinsabu madwar id-dinja għal wieħed miż-żewġ kontijiet bankarji tal-Uffiċċju disponibbli. L-utenti tal-Uffiċċju jistgħu wkoll iħallsu t-tariffii tagħhom permezz ta’ kard ta’ debitu jew ta’ kreditu matul il-proċess online għall-filing ta’ trade mark, disinn jew tiġdid ta’ trade mark tal-UE jew id-disinn tal-Komunità rreġistrat.
Il-lott 2
Provvista ta’ Servizzi Relatati ma’ Ħlasijiet Ħerġin, Provvista ta’ Kards ta’ Debitu u Kreditu u Ħruġ ta’ Ċertifikati u Garanziji Bankarji
Il-ħlasijiet ħerġin isiru mill-Uffiċċju permezz ta’ trasferiment, jiġifieri lill-fornituri u lill-membri tal-persunal fiż-żona tas-SEPA u madwar id-dinja, jew f’euro jew f’munita barranija.Barra minn hekk, isiru xi ħlasijiet ħerġin biex jiġu rimborżati t-tariffi minħabba ħlasijiet żejda mill-utenti jew wara l-eżitu tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.L-Uffiċċju jeħtieġ ukoll servizzi oħra relatati mal-pagamenti ħerġin bħal:• il-provvista ta’ kards ta’ debitu u kreditu biex jintużaw għax-xiri u l-ġbid ta’ flus madwar id-dinja;• il-ħruġ ta’ ċertifikati mixxellanji, garanziji bankarji, servizzi ta’ debitu dirett u skambju rapidu ta’ dokumenti.
Il-lott 3
Provvista ta’ Servizzi ta’ Ħlas bil-Kard u Elettroniċi
L-Uffiċċju jeħtieġ servizzi ta’ ħlas li jippermettu l-aċċess għal u l-ipproċessar ta’ ħlasijiet billi jintegraw metodi ta’ ħlas elettroniku f’post wieħed, inkluż l-appoġġ teknoloġiku u l-immaniġġjar u t-trażmissjoni lill-Uffiċċju tal-pagamenti miġbura.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2022/S 020-045285
L-Avviż dwar il-Kuntratt
28/01/2022 00:00