Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
UCA 17/004 Xogħlijiet li jinvolvu studji u monitoraġġ tat-twettiq jew l-għajnuna...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
Council of the European Union
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
09/03/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
28/04/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif dwar il-Lott
2
Xogħlijiet li jinvolvu studji u monitoraġ tat-twettiq jew l-għajnuna għal xogħlijiet fl-oqsma tal-inġinerija tal-bini
Is-servizzi jinvolvu: — xogħlijiet li jinvolvu studji u monitoraġġ ta' xogħlijiet fil-qasam tal-inġinerija tal-bini, inkluż bosta fażijiet tad-disinn preliminari jew kollha kemm huma, permessi jekk meħtieġa, pjanijiet, għajnuna waqt stediniet għal offerti, monitoraġġ tat-twettiq ta' xogħlijiet, aċċettazzjoni ta' ristrutturar, estensjoni, proġetti ta' rinnovament u/jew restawr, — għajnuna ad hoc jew xogħlijiet ta' konsulenza fil-qasam tal-bini. Il-binjiet involuti huma: — il-Binja Justus Lipsius li tinsab fir-rue de la Loi fi Brussels, fejn hemm il-kwartieri ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tiegħu. Din għandha wiċċ b'total gross fuq erja ta' 228 000 m2. Kienet tlestiet fl-1995 u tilqa' fiha l-infrastruttura tal-konferenzi, l-uffiċċji, ir-ristoranti, il-faċilitajiet tal-isport, il-kmamar għall-istampar, il-kmamar għall-ħażna u l-parkeġġi tal-karozzi, — il-Binja Lex li tinsab fir rue de la Loi fi Brussels, li għandha wiċċ b'total gross fuq erja ta' 81 000 m2. Kienet tlestiet fl-2007 u tilqa' fiha l-kmamar tal-konferenzi, l-uffiċċji, ir-ristoranti, il-kmamar għall-ħażna u l-parkeġġi tal-karozzi, — il-Binja Europa li tinsab fir-rue de la Loi fi Brussels, li għandha wiċċ b'total gross fuq erja ta' 71 000 m2. Kienet tlestiet fl-2016 u tilqa' fiha l-kmamar tal-konferenzi, l-uffiċċji, ir-ristoranti u l-parkeġġi tal-karozzi, — il-crèche li jinsab fl-avenue de la Brabançonne fi Brussels, li għandu wiċċ b'total gross fuq erja ta' 6 000 m2. Kien tlesta fl-2006, — il-maħżen li bħalissa jinsab f'Overijse se jkun sostitwit b'wieħed f'Neder-Over-Heembeek matul is-sena tal-2017.
L-aktar ekonomika