Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta kuntratt għall-provvista ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn għas-sorveljan...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Border and Coast Guard Agency (Frontex)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
21/09/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif dwar il-Lott
3
Trombi għall-viżjoni mal-lejl
— It-trombi għall-viżjoni bil-lejl meħtieġa għandhom ikunu apparati monokulari għall-viżjoni bil-lejl li jkollhom objettiv ottiku waħdieni, intensifikatur tal-immaġini waħdieni imma 2 okulari. It-trombi għandhom jippermettu ħiliet ta' sorveljanza fuq firxa qasira sa medja matul pattulji bir-riġel jew bil-vetturi f'kundizzjonijiet klimatiċi Ewropej. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandhom jipprovdu mmaġini ta' kwalità għolja tax-xenarju f'kundizzjoniiet tipiċi ta' matul lejl tal-UE kumparabbli mal-kwalità tal-immaġini miksuba bl-għajnejn f'kundizzjonijiet ta' matul il-jum. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandu jkollhom tubi li jintensifikaw l-imaġini mibnija ġewwa ta' dimensjonijiet mekkaniċi standard u provvista tal-enerġija elettrika standard. It-tubi ta' dimensjonijiet/vultaġġ mhux standard mhumiex aċċettati. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandhom ikunu ta' massa baxxa, disinn ergonomiku bil-possibilità li jkunu mehmuża mar-ras. — B'mod prattiku r-rekwiżiti tekniċi, funzjonali u tal-protezzjoni ambjentali għan-nuċċalijiet tal-viżjoni bil-lejl huma applikabbli għat-trombi, minkejja dan b'żieda, għas-sett tal-NVG dak li jitfa' l-offerta hu meħtieġ li jipprovdi objettiv addizzjonali b'magnifikazzjoni x3 li għandu jkun inkluż fil-kaxxa għall-ġarr. — L-objettiv x3 għandu b'mod malajr u faċli li jista' jinhemeż mal-korp tal-NVG fl-ambjent tal-qasam. — L-apparat bl-objettiv mehmuż għandu jikkonforma mal-protezzjoni ambjentali kif stipulat fil-punt 5.3.5 ta' dan id-dokument.
Prezz