Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta kuntratt għall-provvista ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn għas-sorveljan...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Border and Coast Guard Agency (Frontex)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
21/09/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif dwar il-Lott
4
Ditekters tad-dijossidu tal-karbonju (CO2)
Id-ditekters tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għandhom ikunu użati għall-kejl ta' konċentrazzjoni tas-CO2 eżistenti f'volum magħluq għas-sejbien ta' persuni li jistaħbew fi spazji magħluqa bħal trejlers, kmamar u vetturi (bil-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tas-CO2 ta' arja tan-nifs minfuħ 'il barra). Is-sett ta' ditekters tad-dijossidu tal-karbonju għandu jkollu l-aċċessorji li ġejjin: — kaxxa durabbli għall-ġarr, — ċinga għall-ġarr, — 'sleeve' tal-lastiku għal protezzjoni kontra daqqiet, — sett ta' kuffji tal-widnejn bl-awdjo, — kejbil li jiċċarġja l-batterija ta' karozza (12 V/DC biss), — adattatur 220 V/AC, — konnessjoni tal-kompjuter IR u kejbil tat-trasferiment tad-dejta, — softwer PM-COM għall-aċċess tad-dejta maħżuna, inkluż CD, — strument biex jeleva l-kampjuni (pajp): varjanti possibbli: a) virga riġida b'konnettur jew b) pajp protett minn segmenti riġidi li jistgħu jinqalgħu (is-segmenti jridu jkunu mwaħħlin flimkien bil-kamin biex ma jinħallux jew jiġu bblukkati matul l-użu); it-tul: mhux inqas minn 1,5m, — filtru b'pajp għat-trab u ilma, — stand tal-qari u klippa għall-immuntar, — adattatur tal-kalibrazzjoni/kampjunar.
Prezz