Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi ta' post mnejn tingħata l-għajnuna internazzjonali għall-SMEs dwar il-P...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Innovation Council and Small and Medium-sizedEnterprisesExecutive Agenc...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
10/03/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/04/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif dwar il-Lott
2
Servizz għax-Xlokk tal-Asja ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI
Din hija sejħa għall-offerti fil-forma ta' proċedura miftuħa biex tikkonkludi 3 kuntratti ta' servizz. Kull kuntratt ta' servizz se jinkludi l-operazzjoni tas-Servizzi ta' post mnejn tingħata l-għajnuna internazzjonali dwar il-Proprjetà Intellettwali (PI) fir-rigward ta' żona ġeografika speċifika, jiġifieri: L-1 lott: Servizz għaċ-Ċina ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI (Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali). It-2 lott: Servizz għax-Xlokk tal-Asja ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI. It-3 lott: Servizz għall-Amerika Latina ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI. L-għan ġenerali tat-2 Lott — Servizz għax-Xlokk tal-Asja ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI huwa li jikkontribwixxi għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs tal-UE billi jipprovduhom b'pariri esperti dwar kif iħarsu u jinfurzaw il-PI tagħhom fi jew fir-rigward tax-Xlokk tal-Asja. Is-servizzi tas-Servizz għax-Xlokk tal-Asja ta' post mnejn tingħata l-għajnuna dwar id-DPI għandhom l-għan li jtejbu t-tqajjim ta' kuxjenza, l-immaniġġjar u l-ħarsien tal-assi tal-PI mill-SMEs tal-UE li joperaw jew għandhom il-ħsieb li joperaw fil-Brunei, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malasja, il-Myanmar, il-Filippini, Singapore, it-Tajlandja u l-Vjetnam. Ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu mill-kuntrattur huma ddettaljati aktar fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti fit-Taqsima 1.
L-aktar ekonomika