Avviż legali importanti

 

L-informazzjoni f’dan il-websajt hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' rinunzja, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u r-regoli relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali.

 

Rinunzja

Il-websajts TED, SIMAP, eTendering u l-eNotices (minn hawn ’il quddiem, is-sistema TED) jeżistu biex jagħtu lill-pubbliku aktar aċċess għall-informazzjoni dwar l-offerti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex itejbu l-ġestjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Qed nippruvaw naġġornaw l-informazzjoni u nżommuha preċiża u kull meta tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, nipprovaw nikkoreġuhom.

 

Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligu jkun liema jkun fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fuq dawn is-siti, li tkun:

·         ta’ natura ġenerali biss u mhux intiża biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikulari

·         mhux neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata

·         xi drabi llinkjata ma’ siti esterni li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma għandux kontroll fuqhom u li għalihom ma jassumi ebda responsabbiltà

·         mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonist bi kwalifiki xierqa).

 

Jekk jogħġbok innota li dokument onlajn mhux neċessarjament riproduzzjoni eżatta ta’ test adottat b’mod uffiċjali. L-avviżi tal-offerti pubbliċi ppubblikati fl-edizzjonijiet DVD-ROM tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa uffiċjali magħżula mill-entità kontraenti biss huma awtentiċi.

 

Nippruvaw innaqqsu kemm jista' jkun l-interruzzjonijiet minħabba problemi tekniċi. Madanakollu, xi dejta fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew b’xi mod effettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jerfa' ebda responsabbiltà għall-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni relatati.

 

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew tirrinunzja r-responsabbiltà għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi skont dik il-liġi.

 

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

 

© Unjoni Ewropea, 1998-2014.

 

L-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-sistema TED għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali hu awtorizzat sakemm ikun hemm referenza għas-sors: © Unjoni Ewropea. Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea hi implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta' Diċembru 2011.

 

L-użu ta’ elementi (eż. test, ritratti, stampi, graffs, eċċ.) suġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi huwa soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-sid tad-drittijiet tal-awtur.

 

Il-lowgow ta' EUR-Lex ma jistax jintuża mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

 

It-twassil ta' fajls TED b'format XML permezz tas-server FTP, prinċipalment għall-esplojtazzjoni u l-propagazzjoni kummerċjali mill-ġdid, hu soġġett għall-provvediment ta' password li tista' tiġi akkwistata bla ħlas billi tintbagħat email f'dan l-indirizz: op-ted-helpdesk@publications.europa.eu.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet l-oħra kollha relatati mad-drittijiet tal-awtur fis-sistema tat-TED, jekk jogħġbok ikkuntattja lil op-info-copyright@publications.europa.eu

 

Stqarrija ta’ privatezza dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali għar-reġistrazzjoni tal-utent tal-eTendering

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tħares il-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.

Għaliex niġbru, inżommu u nipproċessaw id-dejta tiegħek?

Id-dejta tiegħek tinġabar u tiġi pproċessata biex:

   nipprovdu servizzi (ara hawn taħt) li jeħtieġu reġistrazzjoni peress li dawn huma teknikament marbuta mal-profil tiegħek u b’hekk jiġu offruti biss għall-utenti rreġistrati fuq il-websajt tal-eTendering. Is-sejħiet jistgħu jinħolqu u jiġu mmaniġġjati fis-sistema biss mill-utenti awtorizzati speċifikament biex jagħmlu dan,

   nirrispondu lill-utenti tal-helpdesk,

   nibagħtu informazzjonali dwar l-iżvilupp u l-użu tas-sit lill-utenti,

   nevalwaw is-servizz mgħoti mit-taħriġ onlajn,

   nanalizzaw l-iżbalji eventwali biex intejbu s-servizz u nistabbilixxu statistika anonima dwar l-użu tas-sit.

 

Se nużaw id-dejta wkoll biex nippreparaw statistika dwar l-użu tas-sit iżda din se tkun anonima u ma jkunx fihom informazzjoni personali.

 

Is-sejħiet jistgħu jinħolqu u jiġu mmaniġġjati fis-sistema biss mill-utenti awtorizzati speċifikament biex jagħmlu dan:

   Utenti tal-pubbliku rreġistrati jistgħu jistaqsu mistoqsijiet u jirċievu tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom u notifika dwar mistoqsijiet, tweġibiet u dokumenti ġodda dwar sejħa.

   Utenti privati rreġistrati jistgħu jdaħħlu u jbiddlu s-sejħiet u jirrispondu għall-mistoqsijiet.

 

Id-dejta personali miġbura hija ttrattata skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq.

Id-dejta se tintuża biss għall-għanijiet ta’ hawn fuq u sabiex jitjieb is-servizz mill-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntratturi tiegħu.

 

Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta tiegħek? (il-Kontrollur)

Il-kontrollur responsabbli mill-ipproċessar ta' din id-dejta huwa l-kap tal-unità "EUR‑Lex u TED" tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u tad-dejta personali relatata, tista' tibgħat email lil OP-TED-HELPDESK@publications.europa.eu

 

X’dejta personali niġbru?

Id-dejta li ġejja tal-utenti mill-istituzzjonijiet tittieħed mill-bażi tad-dejta CED LDAP, ara wkoll in-Notifika lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta Nru DPO-839:

   Awtorità Kontraenti Ewlenija (AK)

   Isem

   Kunjom

   Email

Id-dejta fil-formola ta' reġistrazzjoni għall-utenti pubbliċi hija fakultattiva ħlief għall-email:

   Email (li hu wkoll l-isem tal-utent)

   Isem

   Kunjom

   Telefown

   Faks

   Isem tal-organizzazzjoni

   Indirizz

L-emails arkivjati fl-indirizz elettroniku funzjonali OP-TED-HELPDESK@publications.europa.eu u dawk li fihom jintbagħtu l-mistoqsijiet jew fejn tingħata risposta jista’ jkun fihom ukoll, minbarra l-indirizz tal-email, il-kunjom, l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju, it-telefown u n-numri tal-faks tal-utent u l-organizzazzjoni jew l-istituzzjoni li għaliha jappartjeni l-utent meta mdaħħal mill-utent.

L-affiljazzjoni tiegħek għal sejħa għall-offerti, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet tiegħek huma wkoll maħżuna u tinġabar dejta dwar l-użu tas-sit.

Barra minn hekk, jinġabru l-email u l-ħinijiet ta' parteċipazzjoni f’sessjonijiet ta’ taħriġ onlajn.

 

Lil min tingħata d-dejta tiegħek?

Id-dejta miġbura tiegħek se tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u użata biss mis-servizzi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntratturi tiegħu responsabbli għall-eTendering u l-infrastruttura.

Id-dejta dwar l-awtoritajiet tal-għoti u l-aġenti tagħhom tkun viżibbli biss għal dawk is-sejħiet li jirrispondi għalihom l-utent.

Il-mistoqsijiet li jsiru u t-tweġibiet riċevuti jintwerew lill-utenti li huma abbonati għas-sejħa li magħha jkunu marbuta l-mistoqsijiet u t-tweġibiet.

Ebda dejta personali ma tintbagħat lill-partijiet li jaqgħu barra r-riċevituri u l-qafas legali msemmi, bla ħsara għat-trażmissjoni possibbli lill-entitajiet responsabbli mill-monitoraġġ jew l-ispezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE pereżempju l-OLAF jew maġistrat li qed jinvestiga.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni mhux se jaqsam id-dejta personali tiegħek ma’ partijiet terzi għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta.

 

Għal kemm żmien tinżamm id-dejta?

L-aċċess tal-utenti privati jitneħħa jekk il-funzjoni tagħhom tispiċċa. L-entrati tagħhom (il-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jibqgħu jidhru sakemm tingħalaq is-sejħa.
Id-dejta dwar il-persuni li jkunu qed jirċievu l-informazzjoni tinħażen għal massimu ta' 5 snin.

 

Kif tista' taċċessa d-dejta tiegħek, tiċċekkja l-preċiżjoni tagħha u, jekk ikun meħtieġ, tikkoreġiha?

Għandek id-dritt li jkollok aċċess u li tbiddel id-dejta tiegħek onlajn. Tista' wkoll titlob li titħassar l-informazzjoni personali tiegħek kompletament jekk m'hemm ebda talba għaddejja mingħandek.

F'kull ħin tista' tneħħi l-abbonament tal-posta elettronika, billi tibgħat avviż lis-servizz tal-eTendering (ara d-dettalji ta' kuntatt hawn taħt) jew billi tuża l-link.

Jekk tħassar ir-reġistrazzjoni ECAS tiegħek, id-dejta tiegħek titħassar ukoll mill-eTendering, minbarra l-mistoqsijiet u t-tweġibiet tiegħek.

Biex nipproteġu l-privatezza u s-sikurezza tiegħek, nieħdu passi raġonevoli biex nidentifikawk qabel nagħtuk l-aċċess jew nagħmlu korrezzjonijiet.

Jekk jogħġbok ikteb fl-indirizz tal-email imsemmi fit-taqsima “Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta tiegħek?”.

 

X'nagħmlu biex nevitaw l-użu ħażin jew l-aċċess mhux awtorizzat?

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fassal proċeduri fiżiċi, elettroniċi u maniġerjali xierqa biex jissalvagwardjaw u jgħinu fil-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat, iżommu s-sikurezza tad-dejta, u tintuża sew l-informazzjoni miġbura. Dawn il-proċeduri jiġu riveduti u aġġornati regolarment.

It-talba tiegħek tinħażen fuq is-server tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni u l-kuntratturi tiegħu, tiġi pproċessata u tista' wkoll tintbagħat lill-espert responsabbli biex iwieġeb it-talba, permezz tal-email.

Kuntratturi esterni bħal dawn iffirmaw kuntratt mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, li jorbothom legalment li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u l-ipproċessar tagħha, u b’mod aktar speċifiku, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

 

ARTIKOLU 1.9 — PROTEZZJONI TAD-DEJTA

 

1.9.2      Meta jipproċessa dejta f’isem il-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-Kuntratt, il-Kuntrattur

 

(a)   għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mill-Kummissjoni;

 

(b)   għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar sakemm, bis-saħħa tal-Artikolu 17(3), it-tieni inċiż, tad-Direttiva 95/46/KE, il-Kuntrattur huwa diġà suġġett għal obbligi rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà stipulati fil-liġi nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri.

 

Miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa se jittieħdu mill-Kuntrattur għas-sigurtà tal-ipproċessar, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u għandhom jiġu mifthiema bejn il-kuntrattur u l-Kummissjoni bil-miktub jew b'mod ieħor ekwivalenti.

 

1.9.3      Il-Kuntrattur għandu jikkonforma mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1).

 

Id-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħek hija maħżuna fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea u ssalvagwardjata b'mod xieraq.

Il-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet li għandu aċċess għal informazzjoni li tidentifika l-persuni, huwa obbligat li jipproteġi din l-informazzjoni b'mod li hu konsistenti ma' dan l-Avviż dwar il-Privatezza, pereżempju, billi ma jużax l-informazzjoni għal xi skop ieħor għajr biex iwettaq is-servizzi tagħhom stess.

Uffiċjali maħtura mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jista’ jkollhom aċċess għad-dejta bl-użu ta’ ID tal-utent u password personali. Dawn l-uffiċjali awtorizzati biss ikollhom aċċess għad-dejta (bl-użu ta’ sistema speċifika).

 

X'inhuma l-punti ta' kuntatt għall-mistoqsijiet jew l-ilmenti?

Jekk tixtieq taċċedi, tħassar jew tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek jekk jogħġbok ikkuntattja:

Il-kontrollur responsabbli mill-ipproċessar ta' din id-dejta — il-kap tal-unità “EUR‑Lex u TED“ (Email: OP-TED-HELPDESK@publications.europa.eu).

 

F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.