- eTendering 4.15.1 Dwar l-eTendering
- Għajnuna
- Mappa tas-Sit
- Cookies
- Ikkuntattja
- Avviż Legali
Avviż legali importanti
L-informazzjoni f’dan is-sit web hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltàIs-siti web tat-TED, is-SIMAP, l-eTendering u l-eNotices (minn hawn ’il quddiem, is-sistema SIMAP) jeżistu biex jagħtu lill-pubbliku aktar aċċess għall-informazzjoni dwar l-offerti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex itejbu l-ġestjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Qed nippruvaw naġġornaw l-informazzjoni u nżommuha preċiża, u kull meta tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom.
Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligu jkun liema jkun fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fuq dawn is-siti, li tkun:
Jekk jogħġbok innota li dokument online mhux neċessarjament riproduzzjoni eżatta ta’ test adottat b’mod uffiċjali. L-avviżi tal-offerti pubbliċi ppubblikati fl-edizzjonijiet DVD-ROM ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa uffiċjali magħżula mill-entità kontraenti biss huma awtentiċi.
Nippruvaw innaqqsu kemm jista' jkun l-interruzzjonijiet minħabba problemi tekniċi. Madanakollu, xi data fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew b’xi mod effettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jerfa' ebda responsabbiltà għall-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni relatati.
Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex tirrinunzja r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi skont dik il-liġi.
Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur© Unjoni Ewropea, 1998-2020 Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropa hi implimentata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni. Sakemm ma jiġix innutat mod ieħor, l-avviżi ta’ akkwist pubbliku ppubblikati fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dokumenti tal-akkwist pubbliku disponibbli fl-eTendering jistgħu jintużaw mill-ġdid b’mod ħieles, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali. Id-drittijiet tal-awtur fuq il-kontenut editorjali tas-siti web tas-SIMAP (SIMAP, TED, eNotices, eSenol u eTendering) huma liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess sakemm jingħata kreditu xieraq u jiġi indikat kull tibdil li jsir.
Tista’ tkun meħtieġ li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi. Mistoqsijiet mill-offerenti ma jistgħux jerġgħu jintużaw mingħajr il-kunsens bil-miktub rispettiv tagħhom. Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li mhux proprjetà tal-UE, jista’ jkollok bżonn titlob permess direttament mingħand id-detentur tad-drittijiet. Software jew dokumenti koperti minn drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinni rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni u mhumiex liċenzjati lilek. Il-logos tas-sistema tas-SIMAP (inkluż dak tat-TED) ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-metadata tas-sistema tas-SIMAP hija ddedikata għad-dominju pubbliku skont l-att tal-Creative Commons Universal Public Domain Dedication deed (CC0 1.0). It-twassil ta' fajls b'format XML permezz tas-server FTP, jiġifieri għall-esplojtazzjoni u l-propagazzjoni kummerċjali mill-ġdid, hu soġġett għall-provvediment ta' password li tista' tiġi akkwistata bla ħlas billi tintbagħat email permezz tal-formola tal-kuntatt fuq is-sit web tat-TED. Għall-kwistjonijiet l-oħrajn kollha dwar id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tas-SIMAP, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: op-copyright@publications.europa.eu. Protezzjoni tad-data personali tiegħekDin l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek. Werrej
IntroduzzjoniIl-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni tal-ipproċessar “reġistrazzjoni tal-utenti tal-eTendering” tal-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar: L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek meta inti tirreġistra għall-eTendering biex tibbenefika minn servizzi avvanzati.
Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħekNipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:
—l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni; —l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur;
kif ukoll
—inti, bħala s-suġġett tad-data, tkun tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal skop speċifiku wieħed jew aktar.
Bażijiet legali addizzjonali għall-ipproċessar:
· Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni · Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku · Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni · Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku · Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali · Euratom, Deċiżjoni 2009/496/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
Flimkien ma’ dawn, il-liġijiet applikabbli għal setturi speċifiċi. Liema data personali niġbru u wara nkomplu nipproċessaw?Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
Utenti privat
Informazzjoni obbligatorja: · l-awtorità kontraenti ewlenija · l-isem u l-kunjom · l-email
Utenti pubbliċi
Informazzjoni obbligatorja: · l-email
Data fakultattiva: · l-isem u l-kunjom · in-numru tat-telefown · isem l-organizzazzjoni · l-indirizz Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sakemm din hi użata b’mod attiv. Il-kont tiegħek jitneħħa meta tieqaf taħdem f’din il-funzjoni. L-entrati tiegħek (il-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jibqgħu jidhru sakemm tingħalaq is-sejħa għall-offerti. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?Id-data kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-kuntrattur(i) tagħha. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, kif ukoll bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jitnisslu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta' data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-istaff awtorizzat, inkluż l-istaff ta’ kuntrattur, skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.
Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li titwettaq skont l-Artikolu 5(1)(a).
Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-operazzjoni preżenti tal-ipproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma int tkun irtirajt il-kunsens.
Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu tingħata taħt l-Intestatura “Informazzjoni ta’ kuntatt” hawn taħt.
Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura “Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?” hawn taħt) fit-talba tiegħek. Informazzjoni ta’ kuntatt— Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet info@publications.europa.eu.
— L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni
Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
— Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.
Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-00455.
|
Għajnuna
|