Avviż legali importanti

 

L-informazzjoni f’dan is-sit web hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

Is-siti web tat-TED, is-SIMAP, l-eTendering u l-eNotices (minn hawn ’il quddiem, is-sistema SIMAP) jeżistu biex jagħtu lill-pubbliku aktar aċċess għall-informazzjoni dwar l-offerti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex itejbu l-ġestjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Qed nippruvaw naġġornaw l-informazzjoni u nżommuha preċiża, u kull meta tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom.

 

Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligu jkun liema jkun fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fuq dawn is-siti, li tkun:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhux intiża biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata
  • xi drabi llinkjata ma’ siti esterni li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma għandux kontroll fuqhom u li għalihom ma jassumi ebda responsabbiltà
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

 

Jekk jogħġbok innota li dokument online mhux neċessarjament riproduzzjoni eżatta ta’ test adottat b’mod uffiċjali. L-avviżi tal-offerti pubbliċi ppubblikati fl-edizzjonijiet DVD-ROM ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa uffiċjali magħżula mill-entità kontraenti biss huma awtentiċi.

 

Nippruvaw innaqqsu kemm jista' jkun l-interruzzjonijiet minħabba problemi tekniċi. Madanakollu, xi data fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew b’xi mod effettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jerfa' ebda responsabbiltà għall-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni relatati.

 

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex tirrinunzja r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi skont dik il-liġi.

 

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1998-2020

Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropa hi implimentata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni. Sakemm ma jiġix innutat mod ieħor, l-avviżi ta’ akkwist pubbliku ppubblikati fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dokumenti tal-akkwist pubbliku disponibbli fl-eTendering jistgħu jintużaw mill-ġdid b’mod ħieles, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Id-drittijiet tal-awtur fuq il-kontenut editorjali tas-siti web tas-SIMAP (SIMAP, TED, eNotices, eSenol u eTendering) huma liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess sakemm jingħata kreditu xieraq u jiġi indikat kull tibdil li jsir.

by

Tista’ tkun meħtieġ li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi. Mistoqsijiet mill-offerenti ma jistgħux jerġgħu jintużaw mingħajr il-kunsens bil-miktub rispettiv tagħhom. Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li mhux proprjetà tal-UE, jista’ jkollok bżonn titlob permess direttament mingħand id-detentur tad-drittijiet. Software jew dokumenti koperti minn drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinni rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni u mhumiex liċenzjati lilek.

Il-logos tas-sistema tas-SIMAP (inkluż dak tat-TED) ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Il-metadata tas-sistema tas-SIMAP hija ddedikata għad-dominju pubbliku skont l-att tal-Creative Commons Universal Public Domain Dedication deed (CC0 1.0).

It-twassil ta' fajls b'format XML permezz tas-server FTP, jiġifieri għall-esplojtazzjoni u l-propagazzjoni kummerċjali mill-ġdid, hu soġġett għall-provvediment ta' password li tista' tiġi akkwistata bla ħlas billi tintbagħat email permezz tal-formola tal-kuntatt fuq is-sit web tat-TED.

Għall-kwistjonijiet l-oħrajn kollha dwar id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tas-SIMAP, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: op-copyright@publications.europa.eu.

Protezzjoni tad-data personali tiegħek

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Werrej

  • Introduzzjoni

  • Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

  • Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

  • Liema data personali niġbru u wara nkomplu nipproċessaw?

  • Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

  • Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

  • Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

  • X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

  • Informazzjoni ta’ kuntatt

  • Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

 

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni tal-ipproċessar “reġistrazzjoni tal-utenti tal-eTendering” tal-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar: L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek meta inti tirreġistra għall-eTendering biex tibbenefika minn servizzi avvanzati.

 

Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

 

l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur;

 

kif ukoll

 

inti, bħala s-suġġett tad-data, tkun tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal skop speċifiku wieħed jew aktar.

 

Bażijiet legali addizzjonali għall-ipproċessar:

 

· Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

· Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku

· Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni

· Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku

· Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

· Euratom, Deċiżjoni 2009/496/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

 

Flimkien ma’ dawn, il-liġijiet applikabbli għal setturi speċifiċi.

Liema data personali niġbru u wara nkomplu nipproċessaw?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

 

Utenti privat

 

Informazzjoni obbligatorja:

· l-awtorità kontraenti ewlenija

· l-isem u l-kunjom

· l-email

 

Utenti pubbliċi

 

Informazzjoni obbligatorja:

· l-email

 

Data fakultattiva:

· l-isem u l-kunjom

· in-numru tat-telefown

· isem l-organizzazzjoni

· l-indirizz

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sakemm din hi użata b’mod attiv. Il-kont tiegħek jitneħħa meta tieqaf taħdem f’din il-funzjoni. L-entrati tiegħek (il-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jibqgħu jidhru sakemm tingħalaq is-sejħa għall-offerti.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-kuntrattur(i) tagħha. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

 

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, kif ukoll bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jitnisslu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).

 

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta' data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-istaff awtorizzat, inkluż l-istaff ta’ kuntrattur, skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

 

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li titwettaq skont l-Artikolu 5(1)(a).

 

Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-operazzjoni preżenti tal-ipproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma int tkun irtirajt il-kunsens.

 

Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu tingħata taħt l-Intestatura “Informazzjoni ta’ kuntatt” hawn taħt.

 

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura “Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?” hawn taħt) fit-talba tiegħek.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Kontrollur tad-Data

 

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet info@publications.europa.eu.

 

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

 

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

 

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

 

Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-00455.