Politika dwar il-cookies

Biex is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu fajls żgħar tad-data li nsejħulhom “cookies” fuq l-apparat tiegħek.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hu fajl żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għalfejn toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.

  • Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufin bħala cookies ta’ partijiet terzi.
  • Il-cookies persistenti huma cookies li huma ssejvjati fuq il-computer tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-browser tiegħek, b’differenza għal cookie tas-sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-browser tiegħek.

Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.

Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar “cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna.

Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.

Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:

  • il-preferenzi tal-wiri tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tfittxijiet u l-preferenzi tan-notifiki;
  • l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
  • jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.

Preferenzi tal-viżitaturi

Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk qbiltx mal-politika tal-cookies ta’ dan is-sit.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
eTenderingPublic ETENDERING Jaħżen l-informazzjoni tas-sessjoni għall-parti pubblika tal-eTendering, stabbilit meta tiġi stabbilita konnessjoni fil-parti pubblika u validu għat-tul tas-sessjoni Tmiem is-sessjoni tal-browser
etendering_language ETENDERING Stabbilit kif issir il-konnessjoni (kemm fuq il-parti pubblika kif ukoll fuq dik privata) biex tinħażen il-lingwa preferuta tal-utent Validu għal perjodu ta' 3 snin u xahrejn
eu_cookie_consent ETENDERING Jimmemorizza r-rispons mogħti mill-utent lill-Kitt għall-Kunsens dwar il-Cookies Tmiem is-sessjoni tal-browser

Cookies operazzjonali

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B'mod partikulari:

  • cookies ta’ awtentikazzjoni;
  • cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.

Cookies ta’ awtentikazzjoni

Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, taċċetta l-politika ta’ privatezza assoċjata.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
ECAS_PREFS EU Login Preferenzi tal-utent fl-EU Login Cookies tal-ewwel parti mħassra wara 3 snin
__Secure ECAS_SESSIONID EU Login Jawtentika l-utenti fit-TED Cookie tal-ewwel parti li jitħassar fi tmiem is-sessjoni tal-browser

L-ismijiet ta’ dawn il-cookies jista’ jinbidel, għal raġunijiet tekniċi.

Cookies tekniċi

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
JSESSIONID TED Użu intern tas-server tal-applikazzjoni: iżomm is-sessjoni bejn l-aċċessi tal-paġna Cookie tal-ewwel parti li jitħassar fi tmiem is-sessjoni tal-browser

Cookies analitiċi

Dawn nużawhom purament għar-riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.

Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna — bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għal ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies — permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
_pk.id Europa Analytics Jiġbor data analitika mill-utenti Cookie tal-ewwel parti li jitħassar wara 13-il xahar
_pk_ses Europa Analytics Jiġbor data analitika mill-utenti Cookie tal-ewwel parti li jitħassar fi tmiem is-sessjoni tal-browser
WT_FPC Webtrends Jiġbor data analitika mill-utenti Cookie tal-ewwel parti li jitħassar wara sena

Cookies ta' partijiet terzi

Xi wħud mill-paġni tagħna jistgħu juru kontenut minn provvedituri esterni, bħal YouTube, Facebook u Twitter.

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li m’għandniex kontroll fuqhom.

Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma jiġi installat ebda cookie ta’ parti terza fuq l-apparat tiegħek.

Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma lil hinn mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.

Data privata

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data pattern. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda għan ieħor għajr dawk deskritti hawnhekk.

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org

Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tħassar l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.

Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).

Immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit

Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.

Imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. il-login għall-profil tiegħek).


Skopri aktar dwar il-cookies: https://ec.europa.eu/info/cookies.